Ir-residenti ta’ Yellowknife jinsabu rrabjati wara li ġew imċaħda minn titjiriet ta’ evakwazzjoni ppakkjati hekk kif nirien qawwija resqu lejn din il-belt fin-naħa ta’ fuq tal-Kanada.
Persuni li stennew fi kjuwijiet għal sigħat twal biex jitilgħu fuq titjiriet spiċċaw kellhom imorru lura. Dan wara li qalulhom biex jippruvaw fil-jiem li ġejjin; meta fil-verità hemm biża’ li l-fjammi jistgħu jilħqu din il-belt sa nhar is-Sibt.
Amy Kennedy, id-Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, qalet li mhux aktar minn 400 persuna setgħu jitilqu minn Yellowknife tul il-jum tal-Ħamis. Żiedet ukoll illi huma jifhmu li dan huwa frustranti ħafna għal dawk li ilhom jistennew għal diversi sigħat u li se jkollhom jerġgħu jitilgħu l-ajruport fil-jum tal-Ġimgħa.
Iż-żewġ linji tal-ajru ewlenin tal-pajjiż qed jiffaċċjaw ukoll kritika wara li Ir-residenti akkużaw lill-Air Canada u WestJet li qed jgħollu l-prezzijiet għal titjiriet minn Yellowknife.
Il-Kanada qed ikollha l-agħar staġun f’dak li għandu x’jaqsam ma’ nirien, bi kważi 1,100 nar attiv madwar il-pajjiż. B’ħafna min-nirien huma konsegwenza ta’ temp aktar sħun.
//= $special ?>