Futbol Sport

‘Nixtieq li Maguire jibqa’ – Erik ten Hag

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Manchester United Erik ten Haf qal li kuntent li d-difensur Harry Maguire jibqa’ ma’ Manchester United u ikkonferma wkoll li jinsabu f’diskussjonijiet ma’ Jonny Evans biex jiffirma kuntratt ta’ staġun wieħed.

Maguire kien se jħalli lil Manchester United wara li l-klabb laħaq ftehim ma’ West Ham għat-trasferiment tal-player, iżda jidher li n-negozjati fallew fl-aħħar jiem. Fil-bidu tas-sajf, Manchester United ħabbru wkoll li Maguire ma kienx se jibqa’ captain tal-klabb u minfloku nħatar Bruno Fernandes.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet qabel il-partita kontra Tottenham, ten Hag qal li l-klabb għandu bżonn erba’ difensuri ċentral ta’ kwalità b’Maguire jkun wieħed minnhom.