Futbol Sport

Reece James se jitlef numru ta’ ġimgħat wara li sofra injury fil-hamstring

(Ritratt: EPA)

Il-captain il-ġdid ta’ Chelsea Reece James se jkun nieqes mill-azzjoni għall-numru ta’ ġimgħat wara li sofra injury fil-hamstring. Dan qalu l-kowċ Mauricio Pochettino fejn qal li James beda l-proċess ta’ rijabilitazzjoni.

James beda l-ewwel partita fl-ewwel partita tal-Kampjonat fi draw ta’ 1-1 kontra Liverpool u kien sostitut fis-77 minuta. Fl-istaġun li għadda James irnexxielu jilgħab biss 16-il darba minħabba injury li ħallieta għall-maġġoranza tal-Kampjonat barra fejn tilef ukoll it-Tazza tad-Dinja li saret fil-Qatar.

Reece James huwa wieħed mill-players li ħareġ mill-akkademja ta’ Chelsea meta ddebutta fl-2019 wara esperjenza qasira b’self ma’ Wigan.