Sewwieq ta’ mutur minn Ħal Qormi kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ fil-1730 tal-Ħamis waranofsinhar fi Triq is-Santwarju meta għal xi raġuni l-mutur misjuq miż-żagħżugħ ta’ 26 sena ntlaqat minn vettura misjuqa minn mara ta’ 36 sena minn Ħaż-Żabbar stess.
Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta ma’ dan il-każ.
//= $special ?>

