Lokali

Sewwieq ta’ mutur iġarrab ġrieħi gravi wara inċident f’Għawdex

Żagħżugħ ta’ 27 sena wegga’ gravi wara inċident bil-mutur fin-Nadur.

Il-każ seħħ fit-0800 tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq it-Tiġrija meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq mill-vittma minn Nadur stess u vettura misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti n-Nadur ukoll.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għadejjin.