L-Uffiċjali fl-Istat ta’ Georgia qed jinvestigaw theddid li sar online kontra l-membri tal-ġurija li vvutaw biex jitressqu 13-il mandat ta’ akkuża fil-konfront tal-eks President Amerikan Donald Trump…Akkużi li jinvolvu attentati ta’ frodi u rikatt flimkien ma’ indħil fil-proċess elettorali.
Filwaqt li Trump qed jiċħad l-akkużi, l-informazzjoni personali – fosthom ritratti u l-indirizzi – tal-ġurati kienu ċirkulati fuq il-websajts għall-elementi radikali tal-lemin li jappoġġjaw lil Trump u lill-Partit Repubblikan. Dan waqt li l-Uffiċċju tax-Xeriff f’Fulton County qed jipprova jsib lill-persuni responsabli mit-theddid kontra dawk l-individwi,
Filwaqt li l-ismijiet tal-ġurati kienu pubblikati fil-mandat bħala prassi ta’ rutina, is-sostenituri ta’ Trump ġabru aktar dettalji personali tal-istess ġurati u ċirkulawhom mal-forums tal-media soċjali li jinkludu lis-sit Telegram,
Bagħtet ittra b’kontenut velenuż il Trump
Sadanittant, mara Kanadiża ta’ 56 sena kienet ikkundannata għal 22 sena ħabs fl-Istati Uniti wara li bagħtet l-ittri mimlijin bis-sustanza velenuża Ricin lil numru ta’ nies, fosthom Donald Trump, fiż-żmien meta hu kien President tal-Istati Uniti,
Pascal Ferrier, f’Jannar, kienet qablet dwar is-sentenza wara li ammettiet ħtija dwar reati relatati mal-armi bioloġiċi u wara li l-envelop bir-ricin indirizzat lill-White House – u lil Trump — kien interċettat f’Settembru tal-2020.
Ferrier qalet lill-qorti li ddispjaċiha li l-pjan tagħha falla u li ‘ma setgħetx twaqqaf lil Trump’ iżda insistiet li hi tqis lilha nnfisha bħala ‘attivista aktar milli terrorista’.
//= $special ?>