Lokali

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara argument barra stabbiliment ta’ divertiment f’Ta’ Qali

Żagħżugħ ta’ 17-il sena qed isofri minn ġrieħi serji u qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’argument fi stabbiliment ta’ divertiment f’Ta’ Qali; argument li seħħ għall-ħabta tal-4:30 am.

Il-Pulizija marret fil-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li żewġ Franċiżi ta’ 17 u 18-il sena kienu involuti f’argument barra stabbiliment tad-divertiment ma’ grupp ta’ persuni oħra u sofrew xi ġrieħi.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, il-ġuvni ta’ 17-il sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni tal-ġuvni l-ieħor għadha pendenti.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo li fetaħ inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.