Anzjan ta’ 62 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħodu fi Triq il-Bardnell.
Minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-anzjan intlaqat minn karozza misjuqa minn Ingliż ta’ 33 sena li huwa residenti San Pawl il-Baħar ukoll.
Tim mediku mar fuq il-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lil anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtiġa fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>