Anzjana ta’ 68 sena residenti l-Imqabba ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 tas-Sibt filgħodu fi Triq Ħal Tarxien.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjana ntlaqtet minn karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Tarxien stess.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet lil anzjana l-isptar Mater Dei għall-kura medika.
Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>