EXILES WELBEE’S…………….. 14
MARSAXLOKK BROWN’S…. 14
(5-4), (2-1), (4-4), (3-5)
(Marsaxlokk rebħu 4-3 bl-għoti tal-penalties)
It-triq lejn il-finali għal Marsaxlokk Brown’s Pharma dehret kważi impossibbli meta b’minuta għat-tmiem kienu żewġ gowls żvantaġġ. Diżappunt għal Exiles li kellhom il-logħba f’idejhom u spiċċaw eliminati.
Valentino Gallo ta vantaġġ doppju lil Exiles fil-bidu, b’Marsaxlokk żammew il-furja inizjali u żammew il-gowl differenza. Max Aquilina għamilhom 6-4 fit-tieni sessjoni, Alistair Cook wieġeb għal Marsaxlokk u l-captain Kurt Griscti ta vantaġġ doppju lil Exiles.
Huma saħansitra kienu 9-5 minn fuq fit-tielet sessjoni, b’Marsaxlokk inaqqsu d-distakk għal 10-9 għalkemm Griscti reġa’ rdoppja l-vantaġġ għal Exiles. Fl-aħħar sessjoni, il-vantaġġ kiber għal 14-11 u wara li Moskov naqqas id-distakk, Marsaxlokk tilfu saħsnsitra lil Sasa Misic. Iżda fl-aħħar minuta, Moskov skorja darbtejn u sforz l-għoti tal-penalties.
Hawn kienu Marsaxlokk li skorjaw erba’ mill-ħames penalties li kellhom, b’Valentino Gallo u Mark Fenech ifallu għal Exiles. Julian Valletta skorja l-ħames penalty li kien deċiżiv.
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari (1), Z. Micallef, V. Gallo (4), G. Molina, S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (3), N. Paris, M. Martellacci, M. Aquilina (4), N. Saliba (1), F. Buhagiar, L. Paris Roding, L. Pursehouse
Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon, B. Zammit, M. Farrugia, N. Moskov (8), J. Valletta (1), M. Zammit (1), M. Aquilina, R. Galea, S. Misic (3), J. Borg Tabone, L. Mallia, M. Brimmer, A. Cook (1), S. Mifsud
Referees: Arnaldo Petronilli, Alex de Raffaele
OTTERS NIVEA……………………. 13
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 19
(3-4), (4-5), (2-5), (4-5)
Birżebbuġa Freeport jinsabu fil-finali wara li għelbu lil Otters Nivea, tim li lagħab jumejn ilu fil-fażi preliminari tal-kompetizzjoni. Il-logħba kienet karatterizzata minn botta u risposta fl-ewwel parti tagħha sakemm Birżebbuġa nqatgħu fit-tielet sessjoni.
Fl-ewwel sessjoni Birżebbuġa kellhom vantaġġ doppju tliet darbiet iżda Otters wieġbu fit-tliet okkażjonijiet. It-tieni żammet l-istess andament. Birżebbuġa kellhom vantaġġ ta’ 7-4, Otters wieġbu b’żewġ gowls, għalkemm it-tim ta’ Pierre Borg daħal jistrieħ 9-7.
Jovan Saric naqqas id-distakk fil-bidu tat-tielet sessjoni iżda mumenti ta’ nuqqas ta’ attenzjoni wasslu biex Birżebbuġa ħadu vantaġġ u skorjaw erba’ mingħajr risposta għal vantaġġ komdu ta’ 13-8. Minn hemm huma baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem.
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, D. Dimech (1), M. Meli, R. Grosz (4), I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (4), J. Saric (3), M. Farrugia, A. Dimech, M. Grech, K. Micallef (1), A. Bianchi
Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (3), N. Cassar, B. Grech, D. Brguljan (4), M. Manara (1), S. Bezzina, D. Cutajar (1), B. Erdelyi (7), K. Tanti, G. Mannino, M. Curmi, C.D. Borg, J. Sciberras (3), D. Farrugia
Referees: Attilio Paoletti, Ronnie Spiteri
//= $special ?>