Futbol Sport

Illum jingħata bidu għas-Serie A

(Ritratt: EPA)

Illum jingħata bidu għas-Serie A fejn jintlagħbu erba’ partiti. Ic-champions renjanti Napoli jibdew f’partita barra minn darhom kontra Frosinone, bit-tim imexxi minn Louis Garcia jitlef numru ta’ players mill-istaġun li għadda.

Inter ukoll ikunu nvoluti llum fejn jilagħbu kontra Monza bit-tim ta’ Simone Inzaghi jwettaq numru ta’ bidliet mill-istaġun li għadda fi skwadra li rnexxielha tasal sal-finali tal-UEFA Champions League.

Għada, l-Ħadd jispikkaw l-partita bejn Roma u Salernitana, bit-tim ta’ Jose Mourinho mistenni jilgħab quddiem stadium ippakkjat fi Stadio Olimpico hekk kif l-aspettativa għal dan l-istaġun hi waħda għolja anke għall-fatt li Roma wettqu numru ta’ akkwisti.

Il-Ħadd ukoll Udinese jilagħbu kontra Juventus bit-tim ta’ Massimiliano Allegri se jkun qed jittama li jkollu staġun aħjar minn dak li għadda b’inqas problemi amministrattivi.

It-Tnejn mbagħad żewġ partiti oħra fejn fost l-oħrajn, Milan jilagħbu barra minn darhom kontra Bologna fejn minkejja li tilfu lil Sandro Tonali, it-tim ta’ Stefano Pioli rnexxielu jwettaq numru ta’ akkwisti interessanti.

Illum
Empoli v Verona – 6:30pm
Frosinone v Napoli – 6:30pm
Genoa v Fiorentina – 8:45pm
Inter v Monza – 8:45pm
Għada
Roma v Salernitana – 6:30pm
Sassuolo v Atalanta – 6:30pm
Lecce v Lazio – 8:45pm
Udinese v Juventus – 8:45pm
It-Tnejn
Torino v Cagliari – 6:30pm
Bologna v Milan – 8:45pm