Futbol Sport

Premier League: Jispikkaw il-partiti f’Londra u dik bejn Manchester City u Newcastle

(Ritratt: EPA)

Fi tmiem il-ġimgħa jirritorna l-Premier League fejn jintlagħab programm sħiħ ta’ partiti. Tispikka l-partita ta’ llejla fis-6.30pm bejn Tottenham u Manchester United. L-Spurs għadhom ġejjin minn draw ta’ 2-2 kontra Brentford filwaqt li Manchester United fl-ewwel partita tagħhom kisbu rebħa diffiċli ta’ 1-0 kontra Wolves.

Eżatt wara fid-9.00pm fl-Etihad Stadium partita oħra mistennija dik bejn Manchester City u Newcastle United. Iż-żewġ timijiet bdew b’rebħa, fejn City għelbu lil Burnley 3-0 filwaqt li Newcastle kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 fuq Aston Villa.

Is-Sibt ukoll, Liverpool jilagħbu f’darhom kontra Bournemouth biż-żewġ timijiet jibdew il-Kampjonat bi draw kontra Chelsea u West Ham rispettivament.

Il-Ħadd mbagħad derby ieħor ta’ Londra fejn West Ham fl-Olympic Stadium j

ilqgħu lil Chelsea. It-Tnejn Crystal Palace jilqgħu lil Arsenal, b’Palace fl-ewwel ħarġa tagħhom jibdew b’rebħa ta’ 1-0 fuq Sheffield United filwaqt li Arsenal bdew b’rebħa ta’ 2-1 kontra Nottingham Forest.

Ilbeiraħ
Nott. Forest v Sheff Utd 2-1
Illum
Fulham v Brentford 4.00pm
Liverpool v B’mouth 4.00pm
Luton v Burnley posp.
Wolves v Brighton 4.00pm
Tottenham v Man Utd. 6.30pm
Man City v Newcastle 9.00pm
Għada
Aston Villa v Everton 3.00pm
West Ham v Chelsea 5.30pm
It-Tnejn
C. Palace v Arsenal 9.00pm