Il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin Sergey Lavrov qed jinsisti li pajjiżu huwa kontra gwerra nuklejari, għalkemm insista li dawn l-armamenti jservu bħala “deterrent”.
F’intervista kwotata mill-aġenzija Russa tal-aħbarijiet Tass, Lavrov qal li gwerra nuklejari hija inaċċettabbli għaliex f’tali xenarju mhu se jkollok qatt rebbieħ. U huwa propju għalhekk li pajjiż qatt mhu se jmur għal konflitt ta’ dak it-tip.
Fl-intervista, Lavrov juża kliem iebes kontra l-pajjiżi tal-Punent, u jgħid li dawn mhux veru jridu l-paċi.
Intant, tul il-jum tal-bieraħ, l-Ukrajna u r-Rumanija (żewġ pajjiżi ġirien) iffirmaw ftehim importanti għall-importazzjoni tal-qmugħ. Fl-istess waqt, l-Amerikani taw l-approvazzjoni tagħhom sabiex fighter jets Daniżi u Olandiżi jkunu jistgħu jiġu trasferiti lejn l-Ukrajna.
//= $special ?>