Napoli bdew jiddefendu it-titlu tal-iScudetto mirbuħ l-istaġun li għadda b’rebħa ta’ 3-1 fuq Frosinone. Frosinone marru fil-vantaġġ fis-seba’ minuta minn penalty ta’ Abdou Harroui qabel Matteo Politano kiseb id-draw għaċ-champions fl-24 minuta. Tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima Victor Osimhen poġġa lil Napoli fil-vantaġġ, qabel gowl ieħor ta’ Osimhen fid-79 minuta assigura mit-tliet punti għal Napoli.
F’San Siro Inter ukoll kellhom bidu pożittiv b’rebħa ta’ 2-0 fuq Monza bil-gowls jaslu permezz ta’ doppjetta ta’ Lautaro Martinez.
Riżultati
Illum: Empoli v Verona 0-1, Frosinone v Napoli 1-3, Genoa v Fiorentina 1-4, Inter v Monza 2-0
Għada: Roma v Salernitana 6.30pm, Sassuolo v Atalanta 6.30pm, Lecce v Lazio 8.45pm, Udinese v Juventus 8.45pm