“Hawn bżonn tindifa tajba ma’ kullimkien u mhux ta’ darba biss. Il-forzi tal-ordni huma mħarrġa għaż-żamma tad-dixxiplina mhux biex inaddfu. Prosit imma Buġibba mhux ix-xatt biss jeżisti. Dawn huma affarijiet li f’pajjiż normali isiru darbtejn kuljum.”




Dawn huma wħud mill-baraxx ta’ kummenti taħt storja fuq il-midja soċjali ta’ One News…storja li tgħid li matul il-lejl saret ħidma konġunta sabiex jitnaddfu l-lokalitajiet ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra.

Dan l-ewwel ħabbru l-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo fuq il-midja soċjali tiegħu fejn qal li dan it-tindif qed isir ta’ kuljum anke fiż-żoni residenzjali.

Iżda madankollu ritratti miġbudin mill-crew ta’ Net News is-Sibt filgħodu stess – propju ftit tas-sigħat wara li ħarġet din l-aħbar – juru muntanja ta’ skart f’kull kantuniera fil-lokalitajiet tal-Qawra kif ukoll San Pawl il-Baħar.

Tant kien hemm skart li wħud minn nies kellhom jinżlu minn fuq il-bankina għaliex ma kienx hemm spazju fejn timxi.


Mhux ta’ b’xejn li ddominat ir-rabja u l-frustrazzjoni ta’ diversi nies li kkummentaw taħt din l-istorja b’uħud jgħidu l-oppost tal-Ministru għaliex appellaw li dan it-tindif għandu jsir ta’ kuljum u mhux meta jkun wasal il-karnival tas-sajf biss.



Persuni oħra qalu li l-portal tal-aħbarijiet tal-One sar iqis kollox bħala aħbarijiet, inkluż il-ħidma neċċessarja li hemm bzonna għal ġid tal-poplu kollu…ħidma li għandha ssir kuljum.


F’bosta kummenti tidher evidenti wkoll il-problema tal-ġrieden fit-toroq b’persuni oħra jgħidu li kaġun ta’ dan l-iskart kollu qed ikun hemm ukoll riħa tinten fit-toroq.


Apparti minn hekk, il-punt li t-tindif kellu jsir bil-forzi armati akkumpanjati mal-grupp li kien qiegħed inaddaf qajjem rabja fost uħud għaliex ma setgħux jifmhu għala hemm bzonn l-għajnuna tas-suldati f’ħidma daqshekk bażika.


Dan filwaqt li oħrajn urew il-biża tagħhom li l-mudell ekonomiku tal-Gvern ta’ Robert Abela mibni fuq kwantita u mhux kwalilta’ huwa parti mir-raġuni għala bosta bliet u rħula f’pajjiżna ma jistgħu qatt ikunu nodfa u għalhekk qed jitħallew f’telqa kbira.


Intant, dawn mhumiex l-unika lokalitajiet li qed jgħaddu minn din il-problema hekk kif fl-aħħar ġimgħat Net News rrapporta dwar il-problema inkontrollabbli tal-iskart fis-Swieqi, Tas-Sliema, San Ġiljan kif ukoll Marsalforn Għawdex.


Bil-Partit Nazzjonalista jappella dwar il-ħtieġa li tittieħed azzjoni illum qabel għada sabiex nipproteġu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna filwaqt li jkollna lokalitajiet
//= $special ?>