Atletika Sport

Seabstian Coe elett mill-ġdid President Innternazzjonali tal-Atletika

(Ritratt: EPA)

Sebastian Coe, President ta’ World Athletics mill-2015, kien elett mill-ġdid bħala President tat-track and field internazzjonali għat-tielet u l-aħħar mandat ta’ erba’ snin. Sebastian Coe ta’ 66 sena, darbtejn champion Olimpiku tal-1500m għar-Renju Unit fl-1980 f’Moska u fl-1984 f’Los Angeles, ma kienx ikkontestat fil-Kungress Dinji tal-Atletika f’Budapest, jumejn qabel il-ftuħ tal-Kampjonati tad-Dinja fil-kapitali Ungeriża.

Skont ir-regoli tal-World Athletics, Coe mhux se jkun jista’ jikkontesta għar-raba’ mandat. Madankollu huwa magħruf li ma jeskludix li jikkontesta lil Thomas Bach għal Presidenza tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Coe, eks-politiku mal-Partiti Konservattiv fl-Ingilterra, kien mexxa l-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob Olimpiku ta’ Londra tal-2012, u ħa f’idejh il-Presidenza tal-Federazzjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Atletika (IAAF) ta’ dak iż-żmien li kienet mgħobbija bi skandli ta’ korruzzjoni mill-eks President Lamine Diack.

L-ewwel żewġ mandati ta’ Coe raw il-ħolqien fl-2017 tal-Unità tal-Integrità tal-Atletika, korp indipendenti li jissorvelja l-anti-doping, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-World Athletics dwar ir-Russja, l-ewwel sospiża minħabba doping istituzzjonali u u mill-ġdid fl-2022 minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja.