Lokali

Simulazzjoni tat-tlielaq tal-karozzi fl-Esplora

Gears and Wheels: Unveiling the Science of Racing Cars…attivita’ għal familja kollha li tpoġġik fil-pespettiva tad-dinja tat-tlielaq tal-karozzi.

Din l-attivtà qed issir fl-Esplora l-Kalkara u wieħed jista jagħmel numru ta’ attivitajiet fosthom simulazzjoni ta’ tellieqa fuq l-istil tal-Formula 1. Esperjenza li bosta tfal kif ukoll adulti żgur se jidħlu fiha.

F’din l-attività f’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta wieħed se jkollu l-opportunità li jitgħallem dwar it-teknoloġija avvanzata li jkun hawn f’dawn il-karozzi hekk kif waqt din l-attivita hemm preżenti wkoll il-karozza li ġiet iddisinjata mill-Università stess.

Dawk li jattendu se jkollhom l-opportunita li jaraw din il-karozza mill-qrib kif ukoll jieħdu ritratt magħha. Apparti minn hekk, wieħed jista’ jitgħallem ix-xjenza wara dawn il-karozzi permezz ta’ sezzjonijiet interattivi dwar il-partijiet differenti tal-karozzi li jintużaw għat-tlielaq.

F’kummenti ma’ Net News id-Direttur tal-Esplora Olaf Mckay esprima li din hija attività li tgħaqqad il-familja flimkien u hija attività li peruna ma tistax titlef.

Għal dawk li jħobbu jilgħabu il-logħob li jinvolvu t-tlielaq tal-karozzi wieħed se jkun jista’ jipparteċipa f’kompetizzjoni billi jilgħab Gran Tourismo. Dak li jkollu l-aqwa ħin jiġi ppremjat rebbieħ filwaqt li jirbaħ apparat relatat mal-gaming.

Din l-attivita tiġi fi tmiemha l-Ħadd fejn wieħed jista’ jżur l-Esplora bejn l-10 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija.