“Devastazzjoni sħiħa.”
Hekk ġiet deskritta s-sitwazzjoni li għaddejja minnha l-Provinċja kollha tal-British Columbia fil-Kanada wara li ddikjarat stat ta’ Emerġenza hekk kif numru ta’ nirien qed jinfirxu b’mod allarmanti.
S’issa ‘il fuq minn 15,000 residenza intalbu biex jevakwaw hekk kif il-pumpiera għadejjin b’ħidma intensiva biex jitfu n-nirien li ħakmu numru ta’ djar.
Rapporti fil-media internazzjonali qalu li l-pumpiera rnexxielhom jikkontrollaw ‘il fuq minn 100 każ ta’ nirien f’lejl wieħed. Apparti minn hekk diversi residenti ddeskrivew kif in-nirien f’ħakka t’għajn minn siġra spiċċa ħakem medda t’art enormi.
L-uffiċjali qalu li numru sinifikanti ta’ bini inħakem minn nirien f’West Kelowna, belt ta’ madwar 36,000 resident fejn s’issa rapporti qed jgħidu li madwar 2,400 familja ġew evakwati minn djarhom.
Minn naħa tiegħu David Eby li hu responsabli minn din il-provinċja ħareg avviż jgħid li s-sitwazzjoni fil-preżent qed tevolvi b’mod mgħaġġel u għalhekk għandhom jistennew perjodu mifni bi sfidi kbar. Dan hekk kif in-nirien f’McDougal Park nfirex b’rata mgħaġġla f’24 siegħa biss. F’McDougal Park madwar 4,800 persuna intalbu biex javakwaw.
L-Uffiċjali qalu li l-maġġoranza tar-residenti ta’ Yellowknife irnexxilhom jevakwaw permezz tal-ajru kif ukoll bil-karozzi.
Minn naħa tagħha, il-Ministru Sahne Thompson qalet li 19,000 minn 20,000 resident ġew evakwati, waqt li mill-ġdid appellat lil dawk li irrifjutaw li jitilqu minn djarhom sabiex jevakwaw għas-sigurta tagħhom.
Apparti minn hekk, numru kbir ta’ residenti qed jipruvaw jevakwaw minn pajjiżhom kemm b meżżi tal-ajru kif ukoll permezz tat-trasport tal-art.
Dawn in-nirien qed jiġu meqjusa bħala l-għar nirien li qatt ħakmu llil Kanada hekk kif qed jiġu rapurtati iktar minn 1,000 każ differenti ta’ nirien b’236 fit-teritorji tal-Majjistral.
//= $special ?>