Lokali

Wirja b’ritratti mill-isbaħ għall-Jum Internazzjonali tal-Fotografija

Minn garigor għal ballerina.

Ir-rebbieħa taċ-Champions League għal dan l-istaġun u n-natura fl-aqwa tagħha.

Kienu dawn uħud mir-ritratti li jsaħħruk, ritratti li jagħmlu parti mill-wirja li qed tittella’ mill-Malta Photography Society għall-Jum Internazzjonali tal-Fotografija.

Għal din il-wirja qed jipparteċipaw madwar 50 artist li ngħataw l-opportunità li jesebixxu xogħolhom fil-Mużew ta’ Wignacourt, ir-Rabat.

Is-Segretarju tas-Soċjetà, Rueben Buhagiar qal ma’ Net News li wirja ta’ dan it-tip saret għall-ewwel darba f’pajjiżna.

Wirja tal-fotografija li tagħti spazju lill-artisti Maltin juru t-talent tagħhom fit-temi l-iktar għal qalbhom.

Din il-wirja fetħet fil-bidu tax-xahar u mistennija li tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sal-aħħar ta’ Awwissu.