Raġel ta’ 46 sena u mara ta’ 40 sena, it-tnejn residenti Birkirkara ġarrbu l-ġrieħi wara li kienu involuti f’inċident bejn karozza u mutur fil-Gżira.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħabta tad-9:30 fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti Ħaż Żabbar u mutur misjuq mir-raġel. Miegħu fuq il-mutur kien hemm il-mara ta’ 40 sena.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku filwaqt li ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>