Lokali

Żona fil-Bajja tal-Balluta temporanjament mhux tajba għall-għawm

L-ilma baħar fiż-żona tal-Bajja tal-Balluta f’San Ġiljan huwa kkontaminat b’mikrobijotiċi u għalhekk mhux tajjeb għall-għawm.

Skond direttiva maħruġa mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika, dawn il-mikrobijotiċi affetwaw il-kwalita’ tal-ilma tajjeb għall-għawm u għalhekk huwa ta’ riskju għas-saħħa tal-għawwiema.

Din it-twissjia tibqa fis-seħħ sakemm joħroġ avviż ieħor.

Fil-bajja ġew imwaħħla tabelli li jindikaw iż-żona li temporanjament mhux tajba għall-għawm.