Lokali

Grupp ta’ reffiegħa ġodda jirbħu l-offerta biex jerfgħu l-vara ta’ Santa Marija fl-Imġarr

Il-grupp ta’ reffiegħa mmexxi minn Christian Vella rebħu l-offerta sabiex jerfgħu l-vara ta’ Santa Marija waqt il-festa tal-patruna fil-lokalità tal-Imġarr, Malta. Dan wara li offrew is-somma ta’ €15,000 għall-parroċċa tal-Imġarr.

L-offerta saret il-Ħadd filgħodu fil-pjazza tal-Imġarr quddiem il-parruċċani li nġabru sabiex jaraw min il-Ħadd filgħaxija kien se jerfa’ l-vara tal-Assunta li tant għandhom devozzjoni kbira lejha.

Għal din l-offerta kien hemm żewġ gruppi, wieħed immexxi mir-rebbieħa u l-ieħor immexxi minn Wistin Vella.

Net News tkellem ma’ Christian Vella li spjegalna kemm din il-festa tfisser għalihom.

Din it-tradizzjoni tal-offerta tmur lura għal Awwissu tal-1922, tradizzjoni li bħal ma seħħ proprju l-Ħadd titlob li mat-tokki ta’ nofsinhar, quddiem ġemgħa nies… il-flus tal-ogħla offerta jmorru f’għajnuna għal dawk fil-bżonn u l-ħidma pastorali, kif jispjegalna iktar il-Kappillan George Schembri.

L-attivita attirat ammont sostanzjali ta’ nies kemm mil-lokalità kif ukoll minn barra l-Imġarr, b’wieħed seta’ jinnota l-għaqda li hemm qalb l-Imġarrin kollha.