Talanqas 30,000 familja ngħataw direttivi urġenti biex jevakwaw minn diversi zoni fil-provinċja Kanadiża ta’ British Columbia. Dan meta xejn anqas minn 400 nirien ilhom il-ġranet jiddominaw l-artijiet qalb il-foresti u territorju aħrax.
L-uffiċjali bħalissa qed jillimitaw l-ivvjaġġar lejn il-belt ta’ Kelowna biex jiffaċilitaw il-movimenti tal-persuni evkwati u l-ħaddiema għall-emerġenzi. Intant, in-nirien qerdu kwantità ta’ djar f’Western Kelowna, li tinsab qrib ħafna ta’ Kelowna u fejn jgħixu ‘il fuq minn 36,000 resident. L-awtoritajiet anki qed jillimitaw l-ivvjaġġar lejn u mill-ibliet ta’ Kamloops, Oliver, Penticton and Vernon u Osoyoos.
Fl-istess ħin – mijiet ta’ mili lejn it-tramuntana tal-Kanada – in-nirien komplew iqarrbu lill-belt ta’ Yellowknife, il-kapitali tar-reġjun tan-Northwest Territories u minfejn laħqu telqu r-residenti kollha minħabba l-periklu kbir għall-inħawi.
L-evakwazzjoni inkludiet lill-pazjenti fl-isptarijiet, bil-Ministru Kanadiż responsabbli mill-Ambjent u l-Komunitajiet, Shane Thompson, jinsisti li l-evakwazzjoni tar-residenti bħala massa kienet meħtieġa fiċ-ċirkustanzi.
//= $special ?>