Il-kumpanija li se tkun qed tipproduċi s-sequel tal-film Gladiator se tkun qed titħallas €46.7 miljun mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi talli se jkunu qed jużaw lil pajjiżna biex jiffilmjaw din il-produzzjoni.
Skont it-Times, il-kumpanija Paramount Studios se tkun qed tingħata miljuni ta’ ewro wara li l-Gvern kien ħareġ skema li jingħataw lura 40% tal-ispejjeż tal-produzzjoni.
Cifri tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea juru kif il-Gvern Malti hu l-iktar wieħed minn fost il-pajjiżi Ewropew li qed jati flus lil kumpaniji li jipproduċu l-films. Bl-Italja tkun it-tieni l-aktar pajjiż li ta flus, għalkemm dawn taw inqas minn nofs ta’ dak li qed jagħti l-Gvern Malti.
Il-Gvern ta’ Robert Abela kien qal li skema bħal din tattira produzzjonijiet ta’ Hollywood lejn pajjiżna iżda dawk mitħla sew fl-industrija tal-films qed jinsistu li dan mhux jawgura tajjeb għal Malta hekk kif il-maġġoranza tal-flus li qed jingħataw mhumiex jibqgħu f’pajjiżna stess. Dan hekk kif il-kumpaniji tal-films qed jagħżlu li jonfqu l-miljuni ta’ ewro biex iġibu minn barra pajjiżna mijiet ta’ atturi u professjonisti li jaħdmu wara l-kwint. U l-istess ħaġa qed tiġri bl-użu ta’ tagħmir speċjalizzat.
F’kelma waħda, b’dawn il-miljuni mogħtija mill-Gvern ta’ Robert Abela se jmorru mill-but taċ-ċittadini Maltin għal għand id-direttur Ridley Scott, l-attur Denzel Washington, u atturi kbar oħrajn.
U jekk wieħed jaqbad il-miljuni ta’ ewro li l-Gvern se jkun qed jagħti lill-personalitajiet famużi u jqassamhom bejn il-popolazzjoni kollha Maltija ras għal ras … kieku kull individwu kapaċi jieħu voucher ta’ €100.
Sadanittant, qed ikun imbassar li dan is-sequel ta’ Gladiator se jkun qed iħalli f’pajjiżna 10 miljuni, u jingħata 47 miljun mill-Gvern. Illi jfisser li se noħorħu 37 miljun ewro mit-taxxi tagħna.
Meta dan ikun ikkumparat mal-ewwel film ta’ Gladiator li kien inħadem f’Malta fl-1999 …dak iż-żmien, l-ekonomija Maltija kienet daħlet €21 miljun.
//= $special ?>