SLIEMA FRANK SALT…………… 9
SAN ĠILJAN JP PROJECTS……. 12
(3-5), (2-3), (3-1), (1-3)
San Ġiljan JP Projects komplew jirbħu l-unuri b’rebħa ta’ 12-9 kontra Sliema Frank Salt fil-finali tan-knock-out. Dan is-suċċess hu t-tmien wieħed fl-aħħar disa’ snin għalihom u jservi mentalment ukoll qabel jilagħbu kontra l-istess Sliema fis-semifinali tal-play-offs tal-kampjonat.
Sliema kienu kostretti iżda fl-istess ħin konċentrati biżżejjed biex wieġbu tliet darbiet wara li San Ġiljan kienu ħadu l-vantaġġ. Dan sakemm Maro Jokovic u Russell Caruana taw vantaġġ doppju lill-Ġiljaniżi. Il-vantaġġ niżel għal 6-5 fit-tieni sessjoni iżda San Ġiljan reġgħu skorjaw darbtejn infila permezz ta’ Jokovic u Aaron Younger biex daħlu jistrieħu 8-5.
Reazzjoni minn Sliema fit-tielet sessjoni. Huma tjiebu fid-difiża u bdew jagħlqu l-ispazji aħjar iżda rnexxielhom jirkupraw l-iżvantaġġ. Penalty ta’ Dmitrii Kholod u doppjetta ta’ Jamie Gambin għamlet l-iskor 8-8. Huma saħansitra kellhom iċ-ċans li jmorru l-vantaġġ sakemm Younger ħalla lil San Ġiljan minn fuq.
Ir-reazzjoni denja ta’ Sliema ma waslitx fl-aħħar sessjoni u l-gowl ta’ Nikolai Zammit flimkien mad-doppjetta ta’ Aaron Younger wittew it-triq għar-rebħa Ġiljaniża. Mat-tisfira finali skattaw iċ-ċelebrazzjonijiet, bil-kulminu jintlaħaq fil-preżentazzjoni li l-Uffiċjal tal-BOV Ernest Agius flimkien mal-President tal-ASA Karl Izzo ppreżenta t-trofew lill-captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (1), J. Gambin (3), Z. Mizzi (1), B. Cachia (1), J. Cutajar, M. Mifsud, J. Brownrigg, D. Kholod (2), A. Prlainovic, Di. Zammit (1), A. Bugeja, E. Schembri, S. Engerer
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), A. Galea (1), B. Plumpton (1), M. Jokovic (3), M. Zammit, J. Bonavia, A. Younger (4), J. Abela, N. Zammit (1), Da. Zammit, R. Caruana (1), G. Borg, G. Bonavia, N. Bonavia
Referees: Stefano Pinato, Massimo Angileri
//= $special ?>