Internazzjonali

L-Istati Uniti-Messiku: L-Uragan Hilary inaqqas mill-qilla, iżda l-allert baqa’ effettiv

 

L-Uragan Hilary – li sa ftit ilu kien irreġistrat bħala maltempata tal-ogħla kategorija – beda jnaqqas mill-qilla waqt li riesaq eqreb l-Istat Amerikan ta’ Kalifornja u l-kosta tal-Messiku mal-Paċifiku. Madankollu, id-direttiva għall-massimu tal-allert kienu għadu validu għar-residenti minħabba l-possibbiltà kbira ta’ għargħar b’riżultati fatali.

Filwaqt li l-maltemp kien iddominat bl-irwiefen ta’ 140 kilometru fis-siegħa, l-elementi ta’ ‘Hilary’ issa niżlu f’livell ta’ Kategorija Wieħed. Dan fost l-inżul tax-xita qawwija fil-penisola Messikana ta’ Baja California u fuq l-inħawi lejn il-lbiċ tal-Istati Uniti.,

Ingħad ukoll ili raġel tilef ħajtu meta ġarritu l-ilma waqt li hu kien qed jaqsam minn xmara f’Baja California. Ir-raġel, qabel, kien qed jivvjaġġa bil-karozza flimkien ma’ familtu u mifhum li ma kienx hemm vittmi oħrajn fiċ-ċirkustanzi.

Intant, mistenni wkoll li Hilary ikompli jitlef dejjem aktar mis-saħħa – u sal-punt fejn ikun irreġistrat bħala maltempata tropikali – qabel jolqot l-inħawi ta’ Kalifornja fl-Istati Uniti. Madankollu, din għandha tkun l-ewwel darba f’aktar minn 80 sena li l-Istat Amerikan inkwistjoni jispiċċa ġġarrab l-impatt ta’ maltempata fuq dan il-livell.