Sport Waterpolo

Marsaxlokk jirbħu n-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni meritatament

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……… 10

MARSAXLOKK BROWN’S…….. 15

(3-3), (2-4), (3-4), (2-4)

Marsaxlokk Brown’s Pharma rebħu n-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba mill-2016. Fil-ġurnata kienu superjuri minn Birżebbuġa Freeport, biż-żewġ barranin jiġifieri Nikola Moskov u Sasa Misic ikunu fl-aqwa forma biex mexxew lit-tim għar-rebħa.

It-tliet gowls bikrin li skorjaw Birżebbuġa fil-bidu tal-logħba ġew annullati hekk kif Marsaxlokk wettqu reazzjoni u rkupraw l-iżvantaġġ b’doppjetta ta’ Nikola Moskov u gowl bejniethom ta’ Julian Valletta.

Birżebbuġa ħadu vantaġġ ta’ 5-3 fit-tieni sessjoni iżda din id-darba Marsaxlokk mhux biss wieġbu imma marru minn fuq għall-ewwel darba bi tripletta ta’ Sasa Misic u gowl ta’ Max Farrugia.

Il-vantaġġ tax-Xlukkajri kiber għal 9-5 sakemm naqqsu Birżebbuġa d-distakk għal 10-8, b’Moskov iħallihom tliet gowls vantaġġ. Fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa pruvaw jersqu qrib l-avversarji iżda sabu lil Moskov kull darba jżomm il-vantaġġ ta’ Marsaxlokk bil-gowl li għamilhom 14-10 jagħlaq il-logħba. Fi tmiem il-logħba, l-Uffiċjal tal-BOV Ernest Agius fil-preżenza tal-President tal-ASA Karl Izzo ppreżenta t-trofew lill-captain Sasa Misic.

Birżebbuġa: M. Sladden, P. Borg (1), N. Cassar, B. Grech, D. Brguljan (3), M. Manara, S. Bezzina, D. Cutajar, B. Erdelyi (3), K. Tanti, G. Mannino, M. Curmi, C.D. Borg, J. Sciberras (3), D. Farrugia

Marsaxlokk: Mi. Farrugia, M. Lanzon, B. Zammit, Ma. Farrugia (1), N. Moskov (8), J. Valletta (1), M. Zammit, M. Aquilina, R. Galea, S. Misic (4), J. Borg Tabone, L. Mallia, S. Mifsud, A. Cook (1), S.Mifsud

Referees: Peter Balzan, Arnaldo Petronilli