Sport Waterpolo

Sliema joħorġu rebbieħa wara li rkupraw minn bidu diffiċli

(Ritratt: ASA)

SLIEMA ARKADIA………… 7

SIRENS C&J BONAVIA…. 6

(1-3), (3-0), (2-0), (1-3)

Sliema Arkadia rkupraw minn bidu negattiv biex għelbu lil Sirens 7-6 u b’hekk rebħu l-finali tan-knock-out tan-nisa, unur li rebħuh l-aħħar sentejn ilu. Sirens tilfu l-vantaġġ promettenti li kellhom u r-reazzjoni għall-gowls tal-avversarji waslet tard wisq.

Sirens bnew vantaġġ tajjeb ta’ 3-0 fl-ewwel sessjoni sakemm Eyla Schembri naqqset id-distakk għal Sliema. It-tim ta’ Edward Aquilina rnexxielu jieħu l-kontroll tal-logħba fit-tieni sessjoni u skorja tlieta mingħajr risposta, b’Sirens fallew xejn anqas minn tliet man-ups fis-sessjoni.

Is-Slimiżi għall-ewwel darba fil-logħba fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls. Il-gowls ta’ Yara Bonett u Louise Cachia fit-tielet sessjoni tawlu s-sensiela ta’ gowls konsekuttivi ta’ Sliema għal sitt gowls.

Sirens reġgħu daħlu fil-logħba f’nofs l-aħħar sessjoni b’doppjetta ta’ Zaira Bartolo iżda l-gowl immedjat ta’ Cachia għamilha diffiċli għal Sirens biex jirkupraw, bil-gowl lejn it-tmiem ta’ Elisa Amato ma kienx biżżejjed. Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ Sliema Louise Cachia ġiet preżentata bit-trofew.

Sliema: K. Plumpton, K. Camilleri, G. Zammit, Y. Vassallo, A. Restall, L. Cachia (3), F. Paolella (1), S. Camilleri, K. Cutajar, E. Schembri (1), Y. Bonett (2), A. Friggieri, S. Bugeja, L. Axiak, H. Camilleri

Sirens: A. Amato, E. Montfort (1), E. Amato (1), C. Amato, M.  Perici Ferrante (1), S. Abela, K. Navarro, K. Agius, D. Micallef, K. Attard, Z. Bartolo (3), Z. Cutajar Licari, K. Agius, C. Zammit, N. Agius

Referees: Alex de Raffaele, Attilio Paoletti