FINALI:
SPANJA……………1
INGILTERRA……0
B’gowl man-nofs siegħa logħob minn Olga Carmona, il-ħolma tal-Ingliżi li jirbħu żewġ kompetizzjonijiet maġġuri konsekuttivi sfaxxat hekk kif Spanja huma r-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret fin-New Zealand u l-Awstralja.
Il-gowl wasal fid-29 minuta meta d-difensur ta’ Barcelona Lucia Bronze tilfet ballun f’nofs il-ground bil-ballun jasal għand Caldentey li mill-ewwel għaddiet ‘il quddiem lejn Olga Carmona li minn qagħda angolata b’xutt fil-baxx għelbet lil Earps għal dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa.
L-Ispanjoli kellhom l-opportunità li jkabbru l-iskor fis-70 minuta meta ingħataw penalty għal handsball ta’ Keira Walsh, iżda Earps immarkat tajjeb ix-xutt ta’ Jenifer Harmoso.
Minkejja l-isforzi tal-Lionesses, wara 13-il minuta ta’ ħin miżjud, ir-referee mill-Istati Uniti Tori Penso saffret tmiem il-konfront u Spanja saru ċ-champions tad-dinja l-ġodda.
//= $special ?>