Il-maltempata tropikali Hilary għaddejja min-Nofsinhar ta’ Kalifornja fejn 26 miljun ruħ jinsabu taħt twissijiet ta’ għargħar kbar.
Hija l-ewwel maltempata li laqtet l-istat f’84 sena – b’xita rekord ta’ għargħar f’Los Angeles u żoni oħra bħal Palm Springs u Death Valley fejn ġie ddikjarat ukoll stat ta’ emerġenza mill-gvernatur ta’ Kalifornja, filwaqt li l-President Joe Biden ordna għajnuna federali sabiex jigħnu fl-evakwazzjoni.
Kawża tal-għargħar skejjel u titjiriet lokali ġew ikkanċellati, b’valangi, siġar imwaqqgħin u djar mgħarrqa rrappurtati fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja kawża tal-maltempata tropikali. Qabel ma’ feġet il-maltempata terremot b’qawwa ta’ 5.1 ħassad ir-reġjun ta’ nofsinhar hekk kif ir-residenti kienu qed ilestu għal maltempata iżda ma ġiet irrappurtata l-ebda ħsara kbira.
Dak li issa huwa ċ-Ċiklun Post-Tropiku Hilary fejn qabel kien uragan ta’ kategorija erbgħa issa inizjalment daħal fuq l-art fit-Tramuntana tal-Peniżola fejn Il-Ħadd wara nofsinhar għadda mal-fruntiera tal-Messiku fejn mexa lejn in-Nofsinhar ta’ Kalifornja, u ħa jkompli jimxi lejn it-tramuntana minn Kalifornja għal ġo Nevada filwaqt li ddgħajjef gradwalment illum.
Esperti jgħidu li l’avvenimenti mhux normali riċenti tat-temp li laqtu l-Istati Uniti u pajjiżi oħra ġew influwenzati mit-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem bil-biża’ li s-sitwazzjoni tmur għall-agħar fil-futur qarib.
//= $special ?>