Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ttajjar fl-Imsida

Anzjan ta’ 88 sena residenti San Ġwann weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.

L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-10:00am fi Triq D’Argens.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-anzjan intlaqat minn mutur misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti San Ġwann. 

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti u ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.