Anzjan ta’ 70 sena residenti Marsaxlokk weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-5:00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.
Minn investigazzjoni li saret irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti tal-Pietà u mutur misjuq mill-anzjan.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>