Arsenal kisbu rebħa ta’ 1-0 kontra Crystal Palace minkejja li lagħbu aktar minn nofs it-tieni taqsima bi player anqas. Numru ta’ ċansijiet fl-ewwel taqsima għal Arsenal permezz ta’ Eddie Nketiah li iżda kien strumentali fit-tieni taqsima biex Arsenal marru fil-vantaġġ. Kien fit-53 minuta meta minn freekick qasir Nketiah twaqqa fil-kaxxa mill-goalkeeper ta’ Crystal Palace bir-referee jordna penalty.
Mill-ħdax-il metru, Martin Odegaard ma żbaljax. Arsenal sfaw jilagħbu bi player anqas fis-67 minuta meta tkeċċa Takehiro Tomiyasu.
//= $special ?>