Skont ċifri maħruġa mill-NSO, fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 1,062 persuna li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol. Dan filwaqt li fl-istess perijodu kien hemm inċident fatali wieħed.
L-istatistika turi li l-maġġoranza tal-inċidenti seħħew fis-settur tal-manifattura. Dan filwaqt li 72.3 fil-mija ta’ dawk involuti f’inċidenti fuq il-post tax-xogħol kienu Maltin.
Skont iċ-ċifri tal-NSO, terz tal-inċidenti seħħew f’intrapriżi li jħaddmu 500 impjegat jew aktar.
Apparti minn hekk, l-aktar feriti komuni fost il-ħaddiema li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol kienu dawk fid-dahar jew fl-ispina.
//= $special ?>