Lokali

FIT-TIENI KWART TAS-SENA: Jinħarġu 494 permess għall-bini ta’ 2,453 propjetà ġdida

Bejn April u Ġunju, inħarġu mal-494 permess sabiex jinbnew 2,453 residenza ġdida. Dan ifisser żieda ta’ 9.5 fil-mija fuq l-istess perjodu tal-2022.

Skont l-NSO, ma’ kull permess għall-bini kienu marbuta ħames propjetajiet. Fi kliem sempliċi, ħafna mill-permess inħarġu biex inbnew blokok ta’ appartamenti.

It-tip ta’ resdidenzi ġodda li kienu approvati għall-bini fit-tieni kwart tal-2023 kienu appartamenti, għal total ta’ 1,740. Warajhom kien hemm il-penthouses bi 386 illi inbnew fit-tieni kwart tas-sena, il-maisonettes (222), terraced houses u units residenzjali (81). Dan filwaqt li l-appartamenti ammontaw għal 70.9 fil-mija tar-residenzi kollha approvati għall-bini.

In-numru ta’ permessi tal-bini żdied b’56 applikazzjoni ġdida fejn matul it-tieni kwart ta’ din is-sena kien hemm 494 filwaqt li fit-tieni kwart tas-sena li għaddiet kien hemm 438 applikazzjoni ġdida.

Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bi 18.7 fil-mija, mentri fʼGħawdex naqsu bʼ24.6 fil-mija.

L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port fejn kien hemm 642 permessi ġodda, filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent fejn kien hemm152 applikazzjoni.