Lokali

Imut Godwin Cassar, l-eks direttur ġenerali tal-Awtorità tal-Ippjanar

Tħabbret il-mewt ta’ Godwin Cassar, l-eks direttur ġenerali tal-Awtorità tal-Ippjanar, fl-età ta’ 75 sena.

Cassar twieled il-Belt Valletta fl-1948 u ggradwa bħala perit mill-Università ta’ Malta fl-1971. Hu kellu karriera distinta bħala perit, u inġinier ċivili, li kkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-ippjanar spazjali komprensiv.

Huw ġie onorat bi premjijiet, inkluż il-Premju Buonamico, għar-rwol tiegħu fit-twaqqif tal-Awtorità tal-Ippjanar u t-tfassil tal-pjanijiet għall-gżejjer Maltin. L-involviment ta’ Cassar hu estiż għan-negozjati ambjentali waqt id-dħul ta’ Malta fl-UE.

Huwa kellu diversi distinzjonijiet akkademiċi u professjonali u kien strumentali fil-formulazzjoni ta’ strateġiji ta’ żviluppi sostenibbli.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar l-Erbgħa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema.