Sport Sport Ieħor

Judo: Katryna Esposito u James Zahra jirrapreżentaw lil Malta f’Żagreb

F’Żagreb Arena fil-Kroazja, edizzjoni oħra ta’ Żagreb Grand Prix tal-Judo. Malta kienet irappreżentata minn Katryna Esposito u James Zahra.

F’Pool D kategorija 48 kilo, Katryna Esposito ma ddiżappuntatx meta għelbet lil Priscilla Morand tal-Maurtius b’żewġ wazari sabiex meritatament għaddiet għar-rawnd ta’ wara. Fit-tieni ġlieda hija tilfet kontra Maria Celia Laborde tal-Istati Uniti.

Fl-azzjoni wkoll James Zahra f’Pool D Kategorija 60 kilogram. Fl-ewwel ġlieda Zahra għeleb lil Kharbolot Yryskekov tal-Krygstan. Fir-rawnd ta’ wara iżda tilef kontra Yam Wolczak tal-Iżrael.

Il-judokas Maltin kienu assistiti mill-kowc nazzjonali Aurelien Ciprian Fleisz.