Internazzjonali

L-Arabja Sawdija: ‘Mijiet ta’ immigranti’ maqtula mal-fruntiera

It-Tmexxija fl-Arabja Sawdija ma ħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali dwar rapport li jgħid li l-gwardjani tal-fruntiera Sawdi wettqu qtil tal-massa huma u jżommu lill-immigranti milli jaqsmu għal pajjiżhom mill-fruntiera komuni mal-Jemen.

Ir-rapport tal- Human Rights Watch qed jgħid li mijiet ta’ nies, ħafna minnhom Etjopjani li qed jaqsmu mill-Jemen fi triqthom lejn l-Arabja Sawdija, kellhom jitilfu ħajjithom fost l-isparar tal-gwardjani inkwistjoni.

Dan waqt li numru ta’ immigranti rakkuntaw li qed iġorru l-ġrieħi permanenti wara li sfaw attakkati b’dan il-mod u li l-katavri tal-vittmi kemm-il darba tħallew għal ġranet sħaħ fiz-zona tal-Jemen li tmiss mal-Arabja Sawdija.

It-Tmexxija Sawdi, fl-aħħar xhur, irrifjutat għal diversi allegazzjonijiet oħra dwar il-qtil sistematiku ta’ immigranti

Iżda r-rapport tal-Human Rights Watch intitolat ‘They Fired On Us Like Rain’ jinkludi x-xhieda grafika tal-immigranti…Rakkonti dwar kif huma spiċċaw mira tal-pulizja u s-suldati Sawdi li anki, ġieli, użaw l-isplussivi fil-konfront tal-immigranti li ntlemħu fl-artijiet tal-Jemen u fil-viċinanzi tal-fruntiera.

Intant, fir-rapport hemm ukoll rakkonti dwar ‘xeni tal-waħx’ fejn il-gwardjani Sawdi fetħu n-nar fuq gruippi kbar ta’ Etjopjani li kienu jinkludu n-nisa u t-tfal u li kienu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntiera bil-ħsieb li jsibu x-xogħol fl-Arabja Sawdija.