Sport Sport Ieħor

Luca Vella u Amy Micallef ikomplu jiddominaw il-Kampjonati tal-Garmin BSJ tal-Għawm Open Water

It-tellieqa ta’qabel tal-aħħar tal-Kampjonati tal-Garmin Birkirkara Saint Joseph tal-Għawm Open Water, saret fi Qui-Si-Sana, f’dawk li ġew meqjusa bħala l-aktar kundizzjonijiet diffiċli li ltaqgħu magħhom l-għawwiema f’dan l-istaġun.

Luca Vella kompla juri l-potenzjal tiegħu meta stabbilixxa l-pass fuq il-bqija tal-għawwiema li kellhom iħabbtu wiċċhom ma mbatt kemm xejn għoli. L-isfda għal Vella kienet minn Sam Camilleri, li kien preżenza regolari fuq il-podju tal-Kampjonati ta’ din is-sena.

Caine Schembri għall-ewwel darba fil-Kampjonat spiċċa fit-tielet post.

Il-kategorija tan-nisa kienet immexxija minn Amy Micallef, li rebħet it-tiġrijiet kollha li ikkompetiet fihom. Hija kienet segwita minn Beata Xerri de Caro, bl-ewwel suċċess tal-istagun . Michela Camilleri temmet fit-tielet post. It-trofej lir-rebbieħa kienu ppreżentati minn Mark Gaglione, għal Garmin u Ray Grech, President ta’ Birkirkara St Joseph Sports Club.