Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn tliet karozzi fl-Imsida

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ illum fis-2pm fi Triq Dun Karm, l-Imsida.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara Ġermaniża ta’ 40 sena, Peugeot 3008 misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 63 sena residenti Santa Luċija.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-mara ta’ 63 sena u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata bi ġrieħi serji. Iż-żewġ xufiera l-oħra ma sofrewx ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.