Elson Bajrami ta’ 28 sena mill-Albanija, residenti San Pawl il-Baħar ġie akkużat li fil-15 ta’ Awwissu seraq eluf ta’ ewro fi flus kontanti minn sejf ġewwa l-Lukanda St George’s Park f’San Ġiljan fejn l-akkużat kien qed jagħmel xogħol ta’ Duty Manager.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Mercieca u l-Ispettur Brian Xuereb argumentaw li dan kollu jinsab fuq filmat tac-CCTV. Għall-akkużi kontrih huwa wieġeb mhux ħati. Huma xlewh li f’Jum Santa Marija bejn is-7am u d-9.30pm seraq ammont li jeċċedi l-€2,329.37ċ għad-dannu tal-kumpanija Prestige Travel Marketing Limited.
Ġie micli wkoll li waqt is-serqa aggravata għamel ħsara fuq il-post ta’ anqas minn €2,500 iżda aktar minn €250 għad-dannu ta’ l-istess vittmi. Ġie mixli wkoll li sar reċidiv, Il-Qorti tagħtu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €3,000, b’garanzija personali ta’ €15,000.
Il-Qorti ordnat ukoll diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jkellimx lix-xhieda u jiffirma fl-għassa tad-distrett darbtejn fil-ġimgħa. Għall-akkużat li twieled ġewwa Kotor fil-Montenegro deher l-Avukat David Bonello.
//= $special ?>