Atletika Sport

Noah Lyles jirbaħ il-finali tal-100 metru tal-irġiel f’Budapest

F’Budapest fit-tieni ġurnata tal-Kampjonati tad-Dinja tal-atletika tispikka il-finali tal-100 metru tal-irġiel.

Noah Lyles tal-Istati Uniti sar l-aktar bniedem veloci fil-kompetizzjoni meta rebaħ f’9.83 sekondi.

Fit-tieni post is-sorpriża waslet minn Letslie Tebogo ta’ Botwana b’9.88 sekondi. Fl-istess ħin b’photo finish daħal Zharnel Hughes tar-Renju Unit qabel Olblique Sevelle tal-Ġamajka wkoll b’9.88 sekondi.

Fil-ħames post temm Christian Coleman tal-Istati Uniti b’9.92 sekondi.

Fil-finali tal-long jump tan-nisa, fl-ewwel post u midalja tad-deheb għal Ivana Vuleta tas-Serbja li qabżet 7.14 metri qabel Tara David Woodhall tal-Istati Uniti b’6.91 metri filwaqt li b’sorpriża fit-tielet post Alina Rotaru Kottmann tar-Rumanija b’6.88 metri.