Sport Sport Ieħor

Tennis: Novak Djokovic jegħleb lil Carlos Alcaraz u jirbaħ l-Open ta’ Cincinnati

Fil-finali tal-ATP Cincinnati Open, Novak Djokovic ta’ 36 sena rebbieħ ta’ 23 Grand Slam, ħtieġlu jirbaħ ħames match points fi 3 sigħat u 44 minuta meta għeleb lin-numru 1 fit-tennis Carlos Alcaraz ta’ 20 sena.

Kienet l-itwal partita fuq tlett sets fl-istorja tal-ATP Tour fejn wara li Alcaraz rebaħ l-ewwel set 7-5, waslet ir-reazzjoni mmedjata minn Djokovic.

Is-Serb rebaħ it-tieni set 7-6 u eventwalment bl-istess punteġġ it-tielet set deciżiv li kien biżżejjed biex rebaħ it-tournament għat-tielet darba fil-karriera.

Fil-mument li Djokovic rebaħ il-punt deciżiv wara battalja ta’ kważi erba’ sigħat għall-ovazzjoni tal-partitarji li ħonqu l-court centrali ta’ Cincinnati, ċarrat il-flokk minn fuqu.

Bir-raġun li l-attenzjoni fuq l-Open tal-Istati Uniti li jibda fit-28 ta’ Awwissu tibqa’ fuq Djokovic u Alcaraz.