Donald Trump ikkonferma li mhux se jieħu sehem fid-dibattiti presidenzjali Repubblikani mar-rivali tiegħu fit-tellieqa għall-White House.
L-eks-president qal li wara stħarriġ reċenti wera li kellu numri “leġġendarji” qabel tama oħra li jkun in-nominat tal-partit Republikan għall-elezzjoni tal-2024. Stħarriġ riċenti wrew b’mod konsistenti li Trump – li qed jiffaċċja numru ta’akkużi kriminali flimkien ma 18 il-politiku ieħor – bħalissa huwa fil-vantaġġ għan-nomina Repubblikana ghal l-elezzjoniji is-sena id-dieħla.
Żied jgħid li diversi kontendenti oħra – inkluż il-Gvernatur ta’ Florida Ron DeSantis – kienu għadhom lura ħafna fejn l-istħarriġ tax-xandar Amerikan wera li Trump jinsab fuq quddiem b’persentaġġ b’62% qabel l-eqreb sfidant tiegħu, is-Sur DeSantis, li jinsab fuq 16%.
Donald Trump, il-45 President tal-Amerika, ġie akkużat kriminalment erba’ darbiet, u se jkollu serje ta’ proċessi x’jattendi fl-2024 hekk kif jerġa’ jikkontesta għall-White House huwa jiddeskrivi l-akkużi kontrih bħala “kaċċa” politika.
L-akkużi jistgħu iwasslu għal żmien ta’ ħabs sostanzjali jekk l-eks president Trump jinstab ħati. Iżda l-loġistika, is-sigurtà u l-politika tal-ħabs ta’ eks president ifissru sentenza ta’ ħabs konvenzjonali meqjusa bħala impossibli minn ħafna esperti.
//= $special ?>