Kollox jindika li din is-sena mhux se jsiru ‘live performances’ waqt is-serata finali tal-Malta Eurovision. Dan hekk kif il-PBS ħarġu regoli ġodda għall-edizzjoni tal-2024.
Skont dawn ir-regoli, is-serata finali se jkun fiha biss performances li jkunu live-on-tape u videos mużikali ta’ kull kanzunetta. Dan ifisser li l-PBS se jkun qed iwassal programm televiżiv, u mhux spettaklu fuq palk għall-artisti finalisti.
Biex isiru il-videos mużikali, il-PBS se jalloka €5,000 għal kull parteċipant. U fil-finali, se jkun hemm b’kollox 12-il kanzunetta.
Il-Eurovision li jmiss se jkun qed isir f’Malmo, fl-Iżvezja.
//= $special ?>