Internazzjonali

Imut il-kantant Taljan Toto Cutugno

Tħabbret il-mewt tal-kantant Taljan, Toto Cutugno fl-età ta’ 80 sena.

Il-kantawtur miet fl-Isptar San Raffaele f’Milan. L-aħbar tal-mewt tiegħu wassalha l-manager tiegħu Danilo Mancuso fejn spjega li wara li kien qed isofri minn marda qalila huwa tilef il-battalja mal-mewt.

Fost il-kanzunetti magħrufa għalihom Cutugno jibqa’ sinonimu mal-kanzunetta L’italiano tal-1983 kif ukoll bir-rebħa tal-Festival ta’ Sanremo fl-1980 fil-kanzunetta Solo Noi.

Intant fl-1990 kien rebaħ l-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Insieme: 1992.

Dan filwaqt li bejn l-1989 u l-1992 kien jippreżenta l-programm Piacere Raiuno, uq ir-RAI.