F’Budapest, it-tielet ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika.
Finali tal-100 metru tan-nisa. Rebħa oħra għall-Istati Uniti permezz ta’ Sha’ Carri Richardson li ta’ 23 sena wara li fl-2021 ma tħallietx tikkompeti fl-Olimpijadi għax kienet pożittiva għal cannabis, f’Budapest rebħet f’10.65 sekondi f’ħin rekord tal-Kampjonat. Fit-tieni post Sherika Jackson tal-Jamaica f’10.72 sekondi qabel l-ikkwotata Shelly Anne Fraser Pryce tal-Jamaica f’10.77 sekondi
Grant Halloway tal-Istati Uniti laħaq ir-rekord tal-Amerikan Greg Foster li fis-snin ’80 rebaħ tlett Kampjonati tad-dinja konsekuttivi. F’Budapest Halloway rebaħ il-110 metru hurdles fi 12.96 sekondi. Fit-tieni post ic-champion Olimpiku Hansie Parchment tal-Jamaica bi 13.07 sekondi filwaqt li fit-tielet post daħal Daniel Roberts tal-Istati Uniti fi 13.09 sekondi.
//= $special ?>