L-eks President Amerikan Donald Trump qal li nhar il-Ħamis għandu jċedi ruħu lill-qorti fl-Istat ta’ Georgia biex jiffaċċja akkużi dwar indħil u manipulazzjoni tal-proċess elettorali fiż-żmien meta hu kien imexxi lill-Istati Uniti.
Dan wara li Trump esprima ruħu disgustat fuq il-mezzi tal-media soċjali fejn sostna li ‘għandu jmur fil-belt ta’ Atlanta biex jinżamm taħt arrest fuq direttiva ta’ Fani Willis; l-Avukat Distrettwali li skont hu għandha aġenda personali kontra tiegħu.
Sadanittant, l-Imħallef f’Atlanta li hu inkarigat bil-każ ta’ Trump ikkonferma li l-eks President jista’ ikompli jgawdi l-libertà proviżorja fuq pledge ta’ 200,000 dollaru. L-arranġament, iżda, jagħmilha ċara li l-kundizzjonjijiet – pendenti sakemm jibda l-proċess ġudizzjarju – jinkisru minnufih f’sitwazzjoni fejn Trump jista’jipprova jhedded jew jintimida lix-xhieda.
L-eks President Amerikan qed jiċħad għal tlettax-il akkuża li jinkludu azzjonijiet biex jiċħad lill-poplu tal-Istati Uniti mill-verdett xieraq wara l-elezzjoni tal-2021 għall-Presidenza tal-Istati Uniti. Intant, Donald Trump se jkollu jwieġeb anki għal xi stqarrijiet foloz li kien għamel.
Ix-Xeriff ta’ Fulton County sadanittant qal li Trump u tmintax-il akkużat ieħor f’dan il-każ se jkunu trattati eżattament bħall-imputati f’każi oħrajn u li jfisser li f’din is-sitwazzjoni għandhom jittieħdu l-marki tas-swaba tal-eks President Repubblikan.
//= $special ?>