Żagħżugħa ta’ 19-il sena weħlet 15-il sena f’ħabs f’Ohio wara li saqet sewqan ta’ 161km/h dirett f’ħajt; sewqan li sar deliberatament meta kellha biss 17-il sena u li wassal għall-mewt ta’ żewġ żgħażagħ oħra li kienu passiġġiera fil-karozza magħha.
Mackenzie Shirilla nstabet ħatja ta’ qtil, seqwan eċċessiv, u fil-pussess tad-droga, fost oħrajn.
Il-każ kien seħħ f’Lulju tal-2022 meta Shirilla spiċċat qatlet lis-sieħeb tagħha, Dominic Russo ta’ 20 sena u ħabib tagħhom, Davion Flanagan ta’ 19-il sena.
Meta ngħatat is-sentenza, l-Imħallef Margaret Russo ndirizzat lil Shirilla fejn qaltilha li għal dak li seħħ kien hemm biss persuna waħda responsabbli, b’Shirilla titqies bħala dik il-persuna li kkawżat uġigħ kbir għall-qraba taż-żewġ żgħażagħ l-oħra.
//= $special ?>