Il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola se jkun qed jitlef iż-żewġ partiti li jmiss wara li matul il-jum tat-Tlieta kien operat f’dahru.
Manchester City ħabbru l-Guardiola ħass uġiegħ kbir f’dahru u kellu jmur lura lejn Barċellona fejn ġie operat. City se jilagħbu kontra Sheffield United nhar il-Ħadd u l-ġimgħa ta’ wara jilagħbu kontra Fulham, b’Guardiola mistenni jirritorna wara l-waqfa internazzjonali.
Sadanittant, se jkun qed jieħu f’idejh it-tmexxija tat-tim Juanma Lillo. It-tabiba li operat lil Guardiol Mireia Illueca qalet li l-operazzjoni kienet waħda ta’ suċċess u li kien se jkun qed ikompli jirkupra f’Barċellona.
//= $special ?>